3) | L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 14 Emendi lid-Direttiva 84/450/KEE Id-Direttiva 84/450/KEE hija b’dan emendata kif ġej: 1) | L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u l-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.” | 2) | L-Artikolu 2 — | Il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. | ‘kummerċjant’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant.” | | — | Il-punt li ġej għandu jiżdied: “4. | ‘sid ta’ kodiċi’: tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh.” | . | | 3) | L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3a 1. | Ir-reklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun huwa konċernat, jiġi permess fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: a) | ma jqarraqx fit-tifsira ta’ l-Artikoli 2(2), 3 u 7(1) ta’ din id-Direttiva jew l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (*); | b) | jagħmel paragun bejn merkanziji jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan; | ċ) | jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkaniziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz; | d) | la jiskredita u lanqas imaqdar it-trade marks, l-ismijiet kummerċjali, jew il-marki oħra distintivi, il-merkanziji, is-servizzi, l-attivitajiet, jew iċ-ċirkostanzi ta’ xi kompetitur; | e) | jirriferixxi, għal prodotti b’titlu ta’ oriġini, f’kull każ għal prodotti bl-istess titlu; | f) | ma jiħux vantaġġ inġustament mir-reputazzjoni ta’ trade mark, ta’ isem kummerċjali jew ta’ marki oħra distintivi ta’ xi kompetitur jew tat-titlu ta’ oriġini ta’ prodotti konkorrenti; | g) | ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta’ merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem kummerċjali protett; | h) | ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirreklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet kummerċjali jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi tar-riklamant u dawk ta’ xi kompetitur. | | (*) ĠU L 149 ta’ 11.6.2005, p. 22.”" | 4) | L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġi miġġieled ir-reklamar qarrieqi sabiex jinfurzaw konformità mad-dispożizzjonijiet dwar reklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri. Tali mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-reklamar qarrieqi jew li jirregolaw ir-reklamar komparattiv jistgħu: a) | jistitwixxu azzjoni legali kontra tali reklamar; jew | b) | iġibu każijiet ta’ tali reklamar quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza jew li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għall-proċedimenti legali adegwati. | Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema minn dawn il-mezzi għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun preċedentement sar rikors għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk msemmija fl-Artikolu 5. Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi: a) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew konġuntement kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u | b) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta’ kodiċi fejn il-kodiċi rilevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali.” | | | 5) | L-Artikolu 7(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. | Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bil-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.” | | Artikolu 15 Emendi lid-Direttivi 97/7/KE u 2002/65/KE 1) | L-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/7/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Bejgħ mhux mitlub Fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ prattiki ta’ bejgħ mhux mitlub stabbilita fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (**), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu ta’ kwalunkwe ħlas f’każijiet ta’ kunsinna mhux mitluba, fejn in-nuqqas ta’ tweġiba ma jikkostitwixxix kunsens. (**) ĠU L 149 ta’ 11.6.2005, p. 22.”" | 2) | L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/65/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ prattiki ta’ bejgħ mhux mitlub kif stabbilita fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (***), u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-tiġdid taċitu ta’ kuntratti b’distanza, meta tali regoli jippermettu tiġdid taċitu, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu f’każijiet ta’ kunsinna mhux mitluba, fejn in-nuqqas ta’ tweġiba ma jikkostitwixxix kunsens. (***) ĠU L 149 ta’ 11.6.2005, p. 22.”" | Artikolu 16 Emendi lid-Direttiva 98/27/KE u lir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 1) | Fl-Anness tad-Direttiva 98/27/KE, il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. | Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L 149 ta’ 11.6.2005, p. 22).” | | 2) | Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (“ir-Regolament dwar il-koperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur”) (9) għandu jiġi miżjud il-punt li ġej: “16. | Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L 149 ta’ 11.6.2005, p. 22).” | |
whereas
(13) Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità permezz tat-tneħħija ta’ l-ostakli għas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu sostitwiti l-klawżoli ġenerali u l-prinċipji legali eżistenti u diverġenti ta’ l-Istati Membri. Il-projbizzjoni ewlenija, stabbilita b’din id-Direttiva għalhekk tkopri prattiċi kummerċjali żleali li jgħawwġu l-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Sabiex jingħata sostenn lill-fiduċja tal-konsumatur, il-projbizzjoni ġenerali għandha tapplika ugwalment għal prattiċi kummerċjali żleali li jirriżultaw barra minn xi relazzjoni kontrattwali bejn kummerċjant u konsumatur jew li jirriżultaw wara l-konklużjoni ta’ kuntratt u waqt l-eżekuzzjoni tiegħu. Il-projbizzjoni ġenerali hija elaborata b’regoli dwar żewġ tipi ta’ prattiċi kummerċjali li b’marġni kbira huma l-iżjed komuni, jiġifieri l-prattiċi kummerċjali qarrieqa u l-prattiċi kummerċjali aggressivi.
- = -
|